Left arrow Go Back

MALTA TATTIRA MEDJA TA’ 35,000 TURIST MID-DANIMARKA KULL SENA

pr140122
Date Icon 24/01/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella jindirizza aktar minn 200 delegat tal-kumpanija Deloitte Copenhagen li qed iżuru pajjiżna għall-ewwel darba

F’dawn il-jiem, mal-225 delegat mill-kumpanija Deloitte Copenhagen qed jattendu għall-ewwel darba f’Malta għal konferenza ta’ tlett ijiem.

F’indirizz qasir li għamel aktar kmieni llum, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem dwar ir-rabtiet turistiċi li Malta għandha mad-Danimarka u li jmorru lura għas-snin tmenin, fost l-oħrajn bl-investiment fil-kumpless Danish Village fil-Mellieħa.

Huwa semma’ kif preżentament, pajjiżna jattira medja ta’ 35,000 turist Daniż fis-sena, liema ċifra tfisser żieda ta’ madwar 14,000 turist Daniż fl-aħħar erba’ snin. Spjega kif pajjiżna huwa ferm aktar popolari mad-Daniżi fl-istaġun tas-sajf, fejn huwa stmat li jaslu f’Malta mal-42.7% tat-turisti mid-Danimarka bejn Lulju u Settembru filwaqt li 29% oħra jaslu bejn April u Ġunju.

Il-Ministru Vella saħaq fuq l-importanza tas-settur turistiku għal Malta li waħdu jikkontribwixxi mal-25% tal-prodott gross domestiku. Semma’ kif l-iżvilupp ta’ dan is-settur kien wieħed kruċjali fis-snin sebgħin u li wassal biex l-2013 tkun sena rekord għat-turiżmu bil-wasla ta’ 1.5 miljun turist.

Karmenu Vella fisser kif il-pożizzjoni ġeografika u strateġika ta’ Malta fil-Mediterran flimkien mar-riżorsa umana huma kruċjali biex pajjiżna jkompli jattira turiżmu ta’ kwalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow