Left arrow Go Back

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-ĠUSTIZZJA JKOMPLI JIDDISKUTI L-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TAĊ-ĊITTADINI

pr140113
Date Icon 24/01/2014

F’laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja li saret f’Ateni l-Greċja, kompliet id-diskussjoni dwar it-tfassil ta’ regolament ġdid dwar il-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici sostna li pajjiżna qiegħed jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Presidenza Griega sabiex dan ir-regolament jitfassal fl-iqsar żmien possibbli.  Qal li huwa fl-interess taċ-ċittadini Ewropej li jkun hemm regolament li jipproteġi d-data personali tagħhom fil-kuntest tal-iżviluppi teknoloġiċi kbar li jinsabu għaddejjin illum u għadda biex jagħti s-suġġerimenti tal-Gvern biex dan ir-regolament ikun wieħed effikaċi u effettiv.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-futur tal-qasam ġudizzjarju fuq livell Ewropew.  Dr Bonnici sostna li għandu jkun hemm aċċenn ikbar fuq l-informatika u s-sejbien ta’ metodi ġodda kif il-practitioners kollha fil-qasam jitħarrġu u jikkoperaw ma’ xulxin.  Intlaħaq kunsens li għandu jsir stocktaking tas-sitwazzjoni sabiex, fuq livell Ewropew, inkunu ċerti li ġew implimentati korrettement il-pakketti leġiżlattivi f’dan is-settur.

Matul il-Kunsill saret ukoll preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-inizjattivi leġiżlattivi li tixtieq tmexxi ’l quddiem fix-xhur li ġejjin, fosthom fl-oqsma tal-għajnuna legali u protezzjoni ikbar lill-minorenni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow