Left arrow Go Back

IL-GVERN HUWA DETERMINAT LI GĦAWDEX IKUN FIĊ-ĊENTRU TAT-TKABBIR EKONOMIKU LI QIEGĦED JESPERJENZA L-PAJJIŻ

pr140107
Date Icon 23/01/2014

F’laqgħa mal-kamra tal-kummerċ Għawdxija, Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona qal li l-Gvern huwa determinat li Għawdex ikun fiċ-ċentru tat-tkabbir ekonomiku li qiegħed jesperjenza l-pajjiż.

Il-Ministru Cardona rrefera għar-rapport ippubblikat fl-aħħar jiem mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard and Poor’s, fejn rikonoxxiet fost l-oħrajn li matul is-sena li għaddiet l-ekonomija kibret aktar minn kull aspettativa. Qal li dan iċ-ċertifikat flimkien mal-investiment li qed jitwettaq mill-privat, inkluż fil-gżira Għawdxija jimla lil dan il-Gvern bil-kuraġġ.

Dr. Chris Cardona semma l-investiment li qed jippjanaw li jagħmlu l-kumpaniji stabbiliti f’Għawdex bħal Merit Precision Tools Limited, Pamargan Products (Malta) Limited u Carefree Furniture. Dan l-investiment se jwasslu għal ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ impjiegi.

Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern jixtieq jara aktar kumpaniji stabbiliti f’Għawdex li jieħdu dan il-pass u kien għalhekk li ttieħdet deċizjoni li jibdew sensiela ta’ laqgħat ma dawk l-intraprendituri li huma interessati li jespandu l-operat tagħhom jew saħansitra jibdew negozju f’Għawdex. Dawn il-laqgħat privati, li saru aktar tard fl-uffiċini tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, jibagħtu messaġġ kemm dan huwa Gvern li jisma’, Gvern aċċessibbli, Gvern interessat mill-pjanijiet li għandhom l-intraprendituri u Gvern li huwa dispost jgħin u jagħti l-appoġġ tiegħu.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo qal li biex titkabbar l-ekonomija Għawdxija hemm bżonn li titjieb l-infrastruttura, jiġi inċentivat l-investiment barrani u jinfetħu siti minn fejn in-negozji żgħar u medji jkunu jistgħu joperaw.  Huwa saħaq kif avolja l-ekonomija Għawdxija hija waħda żgħira, fl-istess nifs toffri opportunitajiet kbar għal investiment kemm għall-investitur lokali kif ukoll dak barrani.

F’dan ir-rigward l-istrateġija għal Għawdex hija waħda mmirata biex ittejjeb in-networks tat-trasport kif ukoll li jinstabu spazji f’Għawdex fejn in-negozji żgħar u medji jkunu jistgħu jiftħu u jkabbru n-negozju tagħhom. Il-Ministru Refalo saħaq kif il-gvern diġà beda jikkollabora mas-settur privat u diġà bdew il-preparazzjonijiet biex jibda jinbena l-SME Park f’Għawdex.

Huwa semma kif diġà bdiet il-ħidma biex dan l-SME Park, li se jkun qed jakkomoda 39 negozju f’ sit ta’ 7,800 metru kwadru, jipprovdi l-logistika adegwata minn fejn in-negozji żgħar u medji joperaw fi struttura speċifika li sservi kemm għall-bżonnijiet ta’ llum kif ukoll dawk tal-futur. 

Il-Ministru għal Għawdex saħaq wkoll fuq il-ħidma biex mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea 2014-2020 jiġi inkluż il-proġett tal-Business Centre. Dan iċ-ċentru tal-eċċellenza hu maħsub biex Għawdex ukoll ikollu ċentru rinomat għan-negozji li jispeċjalizzaw fil-qasam tar-riċerka, IT u servizzi professjonali.

Il-President tal-kamra tal-kummerċ Għawdxija s-Sur Michael Grech qal li kien qed japprezza li l-laqgħa saret Għawdex. Qal li kienu qed jilqgħu l-fatt li l-Gvern qiegħed jgħaraf li wasal iż-żmien li jittieħdu l-azzjonijiet. Is-Sur Michael Grech tkellem fuq ukoll fuq il-ħtieġa li tiber l-aċċessibbiltà għal Għawdex kemm bil-baħar kif ukoll bl-ajru, li jitwettaq il-proġett tal-SME Park kif ukoll ix-xewqa li f’Għawdex ikun hemm aktar upmarket Tourism.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow