SPEECH BY MINISTER FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT, THE ENVIRONMENT AND CLIMATE CHANGE, LEO BRINCAT, AT THE BLUE ECONOMY SUMMIT HELD IN ABU DHABI, UNITED ARAB EMIRATES
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat jinsab f’Abu Dhabi fejn ħa sehem fl-Abu Dhabi Sustainability Week.
Hawnhekk huwa indirizza sessjoni plenarja ta’ summit li jtella’ dwar il-Blue Economy.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Leo Brincat qal li l-Blue Economy għandha taħdem b’mod kumplimentari mal-Ekonomija l-Ħadra għaliex it-tnejn joffru potenzjal għal opportunitajiet ġodda ta’ ħolqien ta’ xogħol, investiment ġdid u inizjattivi ġodda u innovattivi.
Qal li l-istess kif fl-aħħar snin il-pajjiżi tal-Golf Għarbi u l-Ażja saħħew ir-rabtiet ekonomiċi hemm potenzjal kbir biex dawk bejn il-Mediterran u l-Golf Għarbi jagħmlu l-istess.
Il-Ministru Leo Brincat qal li Malta tista’ tkun katalista biex dan iseħħ minħabba l-qagħda ġeografika tagħha, l-istorja tagħha u anke l-fatt li hija pajjiż Ewropew, fil-Mediterran u daqstant qrib il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq.
Qal li f’era ta’ globalizazzjoni u interdipendenza l-potenzjal li toffri l-Blue Economy qed jikber flok jiċkien.
Il-Ministru Brincat kellu kliem ta’ tifħir għal Sheikh Zayed bin Sultan Al Nahyan li waqqaf l-Emirati Għarab Magħquda u għall-impenn li dejjem wera favur l-ambjent tant li fl-1997 irċieva l-akbar mertu mgħoti mill-World Wildlife Fund.
Waqt iż-żjara tiegħu f’Abu Dhabi l-Ministru Leo Brincat kellu wkoll sensiela ta’ taħdidiet ministerjali fosthom mal-Ministru għall-Ambjent u l-Ilma tal-Emirati Għarab Magħquda Rashid Ahmed Bin Fahad u ma’ delegazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Internazzjonali mmexxija mis-sotto Segretarju tal-Ministeru Hazza Al Qaħtani, fejn tkellmu dwar opportunitajiet ta’ ħidma bejn iż-żewġ naħat u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Wara l-ftuħ uffiċjali tal-Abu Dhabi Sustainability Week il-Ministru Leo Brincat flimkien mal-Ministri l-oħra preżenti ltaqgħu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan.
Il-Ministru Brincat iltaqa’ wkoll mad-diriġenti ta’ Tadweer- Centre of Waste Management li f’Abu Dhabi hija awtorità li apparti li tippromwovi l-eco waste hija wkoll responsabbli biex tippromwovi l-immaniġġjar ta’ skart solidu f’mod aktar sostenibbli. Kellu wkoll laqgħa ma’ Mohamed Jameel Al Ramahi Chief Operating Officer ta’ Masdar City, belt tal-futur li tiġbor fiha fost oħrajn teknoloġiji ġodda u ċentru tax-xjenza u teknoloġija li joffri speċjalizazzjoni fejn tidħol teknoloġija nadifa u ħolqien ta’ green jobs.
SPEECH:
pr140092a.pdf
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en