INĊIDENT F’SAN PAWL IL-BAĦAR
pr140083
18/01/2014
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali Dr Jose’ Herrera flimkien mad-Direttur għall-Gvern Lokali is-Sur Carmel Abela, jiddeploraw u jikkundannaw bil-qawwa kollha l-inċident li seħħ il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar 2014, fejn kunsillier fil-lokalita` ta’ San Pawl il-Baħar safa aggredit.
Huma juru solidarjeta` mal-vittma u jawgurawlu fejqan ta’ malajr.
Huma jappellaw lill-Pulizija biex ikomplu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom u jressqu lill-allegat agressur quddiem il-Ġustizzja. Huma jsostnu li inċidenti bħal dawn qatt ma għandhom iseħħu.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en