Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI - Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Portugal fil-qasam soċjali

pr140046
Date Icon 13/01/2014

Fil-Portugal, illum ġie ffirmat memorandum of understanding bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ministru Portugiż għax-Xogħol u Solidarjeta’ Soċjali Pedro Mota Soares.

Permezz ta’ dan il-ftehim Malta u l-Portugal qed juru r-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien fil-qasam soċjali fosthom fejn jidħlu l-pensjonijiet, l-għoti ta’ servizzi fil-komunita’ u miżuri li jassiguraw l-inklużjoni soċjali.

Barra minn hekk dan il-ftehim qed jorbot ukoll lill-Istitut tas-Sigurta’ Soċjali tal-Portugal, l-ISS, ikun sieħeb ewlieni fil-proġett LEAP.

Il-memorandum of understanding kien iffirmat wara diversi laqgħat bilaterali li fihom iż-żewġ Ministri rrikonoxxu l-importanza ta’ ħidma konġunta fil-qasam soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow