INAWGURAT GRAWND ĠDID F’SAN LAWRENZ
Inawgurat grawnd tal-futbol f’San Lawrenz Għawdex, grawnd li huwa parti minn program ta’ fondi b’valur ta’ nofs miljun ewro li l-Gvern qed jinvesti fl-isport f’Għawdex. Dan il-grawnd ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Dr Stefan Buontempo u mill-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li dan l-investiment ifisser li sportivi Għawdxin mhux biss se jkollhom faċilitajiet ta’ livell għoli imma se jkollhom l-istess opportunità daqs sportivi Maltin kemm minħabba l-faċilitajiet kif ukoll li minn din is-sena l-isportivi jistgħu jibbenefikaw individwalment mill-Iskema Sportiv Għawdxi meta jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet f’Malta.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma kif f’dawn l-aħħar xhur sar xogħol kbir li se jkun qed jagħti dimensjoni kompletament ġdida lill-isport f’Għawdex. Huwa ħabbar kif fiż-żmien li ġej se jiġi inawgurat kemm il-pitch taż-Żebbuġ li jinsab fl-iskola primarja u l-pitch f’Ta’ Kerċem. L-Onor. Refalo għalaq, billi sostna l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex f’din is-sena li ġejja jkompli l-ħidma tiegħu kontra l-obeżità qalb it-tfal Għawdxin.
Se jkun qed isir xogħol ukoll fuq il-grawnds ta’ Għajnsielem, il Qala u l-Għarb sabiex b’hekk kull raħal u tim fil-gżira Għawdxija jkollu post adegwat għat-taħriġ tiegħu. Dan l-investiment qed isir bil-għan biex iħajjar aktar lit-tfal Għawdxin biex jippratikaw l-isport.
PhotosOther Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en