Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr140029
Date Icon 09/01/2014

Dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni dwar il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment mhux kredibbli.

Il-Gvern fetaħ il-bibien tiegħu għal siegħat twal ta’ diskussjoni mal-Oppożizzjoni. Matul dawn it-taħdidiet, il-Gvern fehem fejn dan il-programm jista jitjieb, aċċetta pożizzjonijiet ta’ kompromess proposti miċ-Chairman tal-Malta Financial Services Authority u anke l-Kamra tal-Kummerċ, fost stakeholders oħra.

Jekk l-Oppożizzjoni riedet tasal għal ftehim, setgħet tagħmel dan fit-taħdidiet li kellha mal-Gvern. Sfortunatament, l-Oppożizzjoni baqgħet twebbes rasha.

Il-Gvern jittama li l-Oppożizzjoni ma tkomplix tippersisti li tuża kull mezz biex tattakka lil pajjiżna anki barra minn Malta, dan kollu biex tipprova tilgħab logħba politika partiġġjana.

Pajjiżna, permezz ta’ dan il-programm, qed ikun fuq quddiem biex jattira nies ta’ talent u investituri qabel jagħmluha pajjiżi kompetituri tagħna kif diġa qed juru biċ-ċar li se jagħmlu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow