Left arrow Go Back

L-ISTATISTIKA TIKKONFERMA NUMRU REKORD TA’ PERSUNI B’IMPJIEG

pr140018
Date Icon 08/01/2014

Taħt din l-amministazzjoni qed jaħdmu aktar nies u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalita`. Mhux bil-kliem imma bil-fatti.

Iċ-ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li, bejn Lulju u Settembru li għaddew, pajjiżna kellu numru rekord ta’ persuni b’impjieg. Minn rata ta’ 59.7% fil-bidu ta’ din il-leġislatura, l-ħolqien tal-impjiegi laħaq ir-rata ta’ 61.3% sat-tielet kwart tas-sena li għaddiet. Fl-ewwel disa’ xhur ta’ dan il-Gvern kien hemm żieda ta’ 5,302 impjieg filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel kien hemm żieda ta’ 2,856. Dan ifisser li r-rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi taħt din l-amministrazzjoni kienet id-doppju ta’ li kienet bi Gvern preċedenti.

Sinifikanti huwa l-fatt li nofs iż-żieda fl-impjiegi kienet f’xogħol full-time, b’kuntrast mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet meta terz biss taż-żieda fl-impjiegi kienu full-time. Filwaqt li f’Marzu 2013 is-salarji gross kienu qed jonqsu marġinalment, bejn Lulju u Settembru bdiet tiġi reġistrata żieda fis-salarji f’termini reali. Dan ifisser li mhux biss qed jinħolqu aktar impjiegi iżda, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, qed jinħolqu impjiegi ta’ kwalita` li joffru karrieri ta’ sodisfazzjon.

Il-Gvern qed jirnexxilu jindirizza l-kwistjoni tal-qgħad wara li amministrazzjoni preċedenti għaddiet lil pajjiżna minn xhur twal ta’ instabbilita` politika u tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumaturi u n-negozji. Ir-rata tal-qgħad f’Malta hija ta’ 6.7%, jiġifieri n-nofs tar-rata tal-qgħad fiż-żona ewro (12.2%) u r-raba l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha. Naqsu wkoll in-numru tal-ħaddiema li ilhom aktar minn sena jfittxu impjieg u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol.

Dawn ir-riżultati huma xhieda tal-enerġija li daħal biha l-Gvern fil-qasam tax-xogħol. It-tmexxija ffukata u determinata favur l-impjiegi se titkompla tul din il-leġislatura bil-għan li s-settur privat jingħata kull spazju u inċentiv biex ikompli joħloq aktar xogħol b’kundizzjonijiet tajba li jippremjaw il-bżulija u l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow