IL-ĦAMES EDIZZJONI TAL-FESTA TAĊ-ĊITRU
Nhar il-Ħadd 12 ta’ Jannar il-bibien tal-ġonna tal-Palazz ta’ San Anton se jinfetħu għall-pubbliku li se jkollu ċ-ċans iżur il-ġnien li fih jitkabbar iċ-ċitru. Fil-ġonna tal-Palazz insibu ’l fuq minn 600 siġra taċ-ċitru fosthom speċi differenti ta’ larinġ. Il-pubbliku se jkollu wkoll aċċess għall-ġonna privati tal-Palazz.
Fil-Festa taċ-Ċitru se jkun hemm diversi stands li se jbigħu larinġ, lumi, mandolin u prodotti relatati maċ-ċitru. Il-Kċina tal-Palazz tal-President tipprepara wkoll ikel u ħelu bħal kejkijiet u muffins magħmula mill-larinġ u lumi.
Matul il-ġurnata ser ikun hemm face painting u attivitajjiet oħra ta’ animazzjoni interessanti għat-tfal u fuq il-palk prinċipali diversi personalitajiet jkomplu janimaw l-attività.
Id-dħul kollu mill-attività se jmur b’risq il-Fondazzjoni RISe.
Il-bibien jinfetħu fl-għaxra ta’ filgħodu u l-festa tiġi fi tmiemha f’xi l-erbgha ta’ wara nofsinhar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en
pr140017a.jpg