Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ PROĠETT PILOTA TA’ INFORMATION KIOSKS GĦALL-GĦARFIEN TAL-KONSUMATURI U L-BEJJIEGĦA

pr140010mt
Date Icon 06/01/2014

Aktar tagħrif lill-konsumaturi u lin-negozjanti

Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda  proġett pilota ta’ information kiosks dwar l-affarijiet tal-konsumatur.  Permezz ta’ dawn l-information kiosks kemm il-konsumaturi, kif ukoll in-negozjanti, se jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi li għandhom lejn xulxin skont il-liġi.  It-twaqqif ta’ dawn l-information kiosks kienet wegħda elettorali tal-Gvern preżenti.

Waqt it-tnedija, il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-importanza tal-edukazzjoni tal-konsumatur u n-negozjant.  Hi qalet li l-edukazzjoni tal-konsumatur trid tibda sa minn età żgħira fil-familji u l-iskejjel, iżda trid tibqa’ għaddejja matul il-ħajja kollha.  Għalhekk l-iskop ta’ dawn il-kiosks.

Dott. Dalli qalet li għandha tingħata importanza partikolari lill-edukazzjoni lill-persuni l-aktar vulnerabbli biex dawn ukoll ikollhom għarfien biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom.

Il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-investiment li jrid isir fl-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li se tkun qed tmexxi dawn il-kiosks.  Dott. Dalli qalet li se tkun qed issir enfasi fuq it-tisħiħ tar-riżorsi umani fil-qasam tal-edukazzjoni u l-għarfien tal-pubbliku fi ħdan din l-entità.

L-information kiosks tal-MCCAA se jkunu f’ċentri kummerċjali differenti madwar il-pajjiż.  Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-MCCAA fuq il-linja freephone 8007 4400.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow