Left arrow Go Back

​L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JILTAQA’ MAL-KOMUNITÀ MALTIJA TA’ WELLINGTON

pr1400102
Date Icon 23/01/2014

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia kien il-mistieden tal-Professur Carmen Dalli, Konslu Onorarju ta’ Malta għal Wellington, New Zealand, li organizzat riċeviment li għalih, kienet mistiedna wkoll il-komunità Maltija li tirrisjedi f’din il-belt.

L-Ispeaker Farrugia feraħ u rringrazzja lil dawk il-Maltin li ħadu l-inizjattiva jippubblikaw perjodiku li joħroġ kull ħmistax intitolat “The Maltese Wellingtonian” b’mod partikolari lis-Sra Luciene Hensel, President, u lis-Sur Tony Micallef, Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Maltin f’Wellington.

Din l-okkażjoni serviet ukoll biex l-Ispeaker tkellem ma’ dawk il-Maltin li riċentement ingħataw id-dritt għall-benefiċċji soċjali wara l-ftehim li ġie ffirmat is-sena l-oħra bejn il-Gvern Malti u dak ta’ New Zealand meta l-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali ta’ New Zealand, l-Onor Paula Bennett, kienet ġiet f’pajjiżna proprju għal dan il-għan.  Huwa rrikonoxxa l-ħidma li twettqet mill-Konslu Onorarju u mis-Sur Tony Micallef li kienu strumentali biex sar dan il-ftehim, li n-negozjati dwaru kienu ilhom li bdew mill-2002.

Fl-aħħarnett huwa rringrazzja lill-Konslu Onorarju Carmen Dalli tal-opportunità li tagħtu biex jiltaqà mal-komunità Maltija  u tax-xogħol siewi li ilha twettaq fi ħdan din il-komunità.

L-Ispeaker Farrugia kien qiegħed Wellington biex jipparteċipa fil-Konferenza tal-Ispeakers tal-Commonwealth.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow