STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - Is-Sigurtà mir-riskju ta’ Infezzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Il-Ministeru għas-Saħħa jassigura lill-pubbliku li s-sigurtà mir-riskju ta’ infezzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex illum huwa superjuri għal-livell milħuq fil-passat u fuq l-istess livell tal-sptarijiet oħra f'Malta u Għawdex. Prattiċi u proċeduri ta' kontroll kontra l-infezzjonijiet huma fis-seħħ u l-istaff kollu fl-isptar huwa mħarreġ b'mod sħiħ f’dawn il-proċeduri. Fil-fatt, fl-aħħar stħarriġ Ewropew ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura u l-użu tal-antibijotiċi fl-isptarijiet tal-kura akuta imwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) ma kien hemm ebda infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Il-Ministeru għas-saħħa jirrikonoxxi l-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tal-istaff kollu f'dan l-isptar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en