STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - Jinqabad pakkett ta’ droga li twaddab mit-triq għall-grawnd tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Jinqabad pakkett ta’ droga li twaddab mit-triq għall-grawnd tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Wara li f’dawn l-aħħar xhur dejjem kompliet tiżdied is-sigurtà stretta fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, kif ukoll saru aktar spezzjonijiet għall-għarrieda, id-droga din id-darba twaddbet minn barra t-triq direttament għall-grawnd tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, minflok li twasslet permezz tal-viżitaturi jew persuni li jkunu qed iġorru xi servizzi fil-Faċilità kif normalment kien qed jiġri.
Għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart ta' filgħodu, waqt ronda fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, instab pakkett droga imwaħħal ma’ ġebla permezz ta' tape fil-grawnd tal-Faċilità. L-ewwel indikazzjonijiet juru li fil-pakket kien hemm mal-ħames grammi ta' droga li hi maħsuba li hi eroina.
Bħalissa fuq il-post hemm il-pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Spiridione Zammit kif ukoll infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Miriam Hayman. Bħala parti mill-investigazzjonijiet qed jiġu eżaminati filmati tal-cameras li jdawru l-Faċilità u li matul din is-sena żdiedu wara investiment li sar.
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onor. Manuel Mallia rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li komplew għaddejin bil-ħidma tagħhom u bil-ġlieda kontra d-droga fil-Faċilità anke fl-ewwel tas-sena, meta ħafna jkunu miġburin mal-familji tagħhom.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en