Left arrow Go Back

AVVANZ TAS-SWIEQ F’MALTA U GĦAWDEX

pr2886
Date Icon 27/12/2013

Il-Ministu tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar  Dr. Chris Cardona ħatar kumitat għall-avvanz tas-swieq f’Malta u Għawdex bil-għan li l-operaturi, li b’kollox jammontaw għal aktar minn 1,500, jiksbu kundizzjonijiet aħjar u aktar dinjituzi għalihom u l-familji tagħhom. Huwa l-għan ewlieni tal-Ministeru li n-negozji żgħar, fosthom il-bejjiegħa tal-monti, jissaħħu b’regolamentazzjoni aħjar fl-interess tagħhom u tal-konsumaturi fuq livelli Ewropej.

Il-Kumitat se jkun qiegħed jassisti l-Ministeru fuq kull materja li għandha x’taqsam mas-swieq u l-bejjiegħa tal-monti fuq termini legali, strateġiċi, kulturali kif ukoll billi jintroduċi sistemi effiċjenti fl-interess tal-bejjiegħa u l-konsumaturi.

Il-Ministeru ħabbar li l-ewwel impenn ta’ dan il-kumitat se jkun relatat ma waħda mill-miżuri tal-budget 2014, li titratta ir-rilokazzjoni tal-Monti tal-Belt Valletta minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Oridnanza. Il-Ministeru se jkun qiegħed jimxi fuq ir-rakomandazzjonijiet ta’ dan il-kumitat biex din it-transizzjoni ssir bl-aktar mod organizzat u effettiv fl-interess ta’ dawk kollha ikkonċernati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow