IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA,SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI, JATTENDI LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-AGRIKOLTURA FI BRUSSELL
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes ipparteċipa fl-aħħar laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura fi Brussell li seħħet fis-16 u 17 ta’ Diċembru. Il-laqgħa kienet l-ewwel opportunità li kellhom il-Ministri sabiex tiġi preżentata l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea sabiex ittejjeb ir-Regolament dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli Ewropej u jagħtu l-ewwel reazzjonijiet tagħhom.
L-Onor. Galdes saħaq li l-baġit ivvutat minn fondi Ewropej għall-promozzjoni għandu jkun wieħed ambizzjuż sabiex jiġu mgħejjuna jikkompetu prodotti ta’ kwalità anki fis-suq intern, u mhux biss dawk li jiġu esportati lejn swieq barra mill-Ewropa. Huwa tenna wkoll li jrid ikun hemm iżjed enfasi fuq programmi għall-gżejjer fl-UE, peress li l-prodotti agrikoli ta’ gżejjer bħal Malta jiġu kkunsmati fi kwantitajiet sinjifikanti minn turisti barranin waqt li jkunu fuq btala. Madanakollu, tenna l-appoġġ ta’ Malta fuq dan ir-regolament li ġej fix-xhur li jmiss, għaliex il-promozzjoni u l-informazzjoni huma elementi kruċjali sabiex jiġi żgurat l-aħjar bejgħ tal-prodotti Ewropej.
Dwar il-qasam tas-sajd, il-Kunsill iffoka dwar il-kwoti tal-ħut għal ċertu tip ta’ speċi għal matul l-2014. Fejn jidħol il-qasam tas-Sajd, speċjalment dak tat-tonn, Malta se tkun qed timxi mal-qbil li sar f’Novembru li għadda waqt il-laqgħa annwali tal-ICCAT.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en