Left arrow Go Back

LAQGĦA BILATERALI BEJN IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA U D-DEPUTAT MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN RUSSU, ALEKSEY MESHKOV

pr2865
Date Icon 20/12/2013

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella dalgħodu kellu laqgħa bilaterali mad-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin Aleksey Meshkov.  F’din il-laqgħa sar qbil dwar il-problemi li kienu qed jiżvolġu bejn Malta u r-Russja fuq l-adozzjonijiet tat-tfal.  Fix-xhur li għaddew ir-Russja esprimiet tħassib għall-liġi tal-Unjoni Ċivili f’Malta u l-possibbiltà li koppji omosesswali jadottaw it-tfal minn pajjiżha. Għaldaqstant il-Ministru George Vella spjega li bil-għan li jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet, qed jirrikonoxxi d-dritt li għandu l-Gvern Russu li kull każ ta’ adozzjoni jiġi analizzat min-naħa Russa kif dejjem sar u li f’każ li jkun hemm oġġezzjoni li tfal jiġu adottati minn koppji jew individiwi partikolari, il-Gvern Russu għandu kull dritt li jirrifjuta l-adozzjoni.

Dan minbarra l-fakultà li jsiru wkoll visti biex jiġi aċċertat kif ikunu qegħdin jinżammu t-tfal adottati.  Il-Ministru Vella spjega li Malta għandha storja pożittiva dwar l-adozzjonijiet tat-tfal għax huwa pajjiż li jħobb ħafna lit-tfal u li l-Gvern irid jaġevola l-adozzjonijiet mir-Russja kif sar sa issa.

Waqt il-laqgħa bilaterali ma’ Mehskov Aleksey, sar qbil li għandha titwaqqaf task force bejn Malta u r-Russja biex fi ħdanha jkunu diskussi materji ta’ natura kummerċjali, politiċi u  turistiċi,  bejn iż-żewġ pajjiżi.

Sar ukoll diskors fuq is-sitwazzjoni tal-Ukrajna u tal-Moldova u r-relazzjoni tar-Russja mal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi tal-Eastern Partnership.

Suġġetti oħra li ġew diskussi waqt il-laqgħa kienu s-sitwazzjoni fil-Lvant nofsani, is-sitwazzjoni fil-Libja, fis-Sirja u l-Iran.

Il-Ministru Vella faħħar l-irwol importanti li kellha r-Russja fis-Sirja u fl-Iran u ħeġġeġ lin-naħa Russa li fil-laqgħa li se ssir bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja jfitxxu li jitwaqqfu strutturi li bihom ir-Russja u l-Unjoni Ewropea jippruvaw jaħdmu flimkien biex jinkisbu riżultati bħalma ġara fil-każ tas-Sirja u l-Iran.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow