ĦRUĠ TA’ PENSJONIJIET, GĦAJNUNA U BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAS-SENA 2014
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża li bħalissa għaddejjin il-preparamenti biex tkun tista’ titħallas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja (€3.49 fil-ġimgħa) fil-benefiċċji, pensjonijiet u għajnuniet soċjali kollha.
L-ewwel żidiet għall-għoli tal-ħajja fil-pensjonijiet u għajnuniet soċjali, li jitħallsu kull erba’ ġimgħat, għandhom jitħallsu fil-pagamenti tal-benefiċċji msemmija matul ix-xahar ta’Jannar 2014 kif ġej:
• Pagamenti li se jitħallsu fl-4 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda fir-rata mill-istess data
• Pagamenti li se jitħallsu fil-11 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll ġimgħa arretrati
• Pagamenti li se jitħallsu fit-18 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll ġimagħtejn arretrati
• Pagamenti li se jitħallsu fil-25 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll tliet ġimgħat arretrati
Bħalissa wkoll għaddejjin preparamenti biex titħallas l-għotja ta’ €300 lill-anzjani ’l fuq minn ħamsa u sebgħin (75) sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom.
Dawn il-pagamenti mistennija jitħallsu matul ix-xahar ta’ Frar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en