IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA MUSCAT JILQGĦU LILL-PUBBLIKU F'KASTILJA FL-OKKAŻJONI TAS-SENA L-ĠDIDA
pr2835
18/12/2013
Il-Prim Ministru, l-Onor. Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat, se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.
Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat se jiltaqgħu mal-pubbliku t-Tlieta 31 ta’ Diċembru bejn it-3.30pm u l-5.00pm.
Fil-każ tal-imsieħba soċjali, l-NGO’s u għaqdiet oħra li jixtiequ jiltaqgħu mal-Prim Ministru u mas-Sinjura Muscat, ikun ferm apprezzat jekk iċemplu fuq 2200 2400 biex iħallu d-dettalji tagħhom.
Waqt li jkun fil-Berġa ta' Kastilja, il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jara s-Swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi kif ukoll jiffirma l-Ktieb tal-Viżitaturi.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en