IL-PARLAMENT JLAQQA’ SEDUTA SPEĊJALI TA’ NANNIET MALTA
Dalgħodu l-iSpeaker laqa’ fil-Parlament numru sabiħ ta’ nanniet u neputijiet, fejn għall-ewwel darba nżammet seduta speċjali tan-nanniet maltin.
Fl-indirizz prinċipali l-iSpeaker tkellem dwar l-irwol ferm importanti tal-anzjani tagħna fis-soċjeta’ maltija fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. L-iSpeaker qal li l-anzjani partikolarment dawk li huma nanniet huma s-sostenn naturali tal-workforce ta’ pajjiżna u għaldaqstant huwa xieraq li n-nanniet ta’ pajjiżna jkunu rikkonoxxuti.
L-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia sellem lil dawk preżenti fosthom il-President Emeritus Edward Fenech Adami, lill-Profs Rizzo Naudi, lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onorevoli George Vella li lkoll huma nanniet. L-iSpeaker hawn sellem ukoll lin-nannu tal-umanita’ li ħalla d-dinja ftit jiem ilu; Nelson Mandela, li bata biex biddel.
Fl-aħħar tas-seduta, wara l-messaġġ tal-president u fundatur ta’ Nanniet Malta, is-Sur Philip Chircop, l-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia talab minuta silenzju għal dawk kollha li servew u bnew pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en