L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATUR TAL-KAZAKHSTAN
pr2826
16/12/2013
L-Eċċelenza Tiegħu Andrian Yelemessov, Ambaxxatur tal-Kazakhstan akkredidat għal pajjiżna, llum għamel żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anglu Farrugia.
Fost id-diversi temi li ġew diskussi, l-iSpeaker irrimarka dwar l-iżvilluppi pożitivi fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kazakhstan. L-iSpeaker tenna li din ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kazakhstan tista’ tkompli titjieb permess tad-diversi inizjattivi u riformi, u li pajjiżna, bħala pajjiż ewropew, ser jara li jagħmel dak kollu possibbli sabiex din ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ filwaqt li tirrispetta d-drittijiet fundamentali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en