MALTA TINSAB IMPENJATA BIEX TEQRED IL-FAQAR TAL-LUM U TAL-ĠEJJIENI FIL-KUNTEST TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
Malta tinsab impenjata biex teqred il-faqar tal-lum u tal-ġejjieni fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli. L-Izvilupp mhux sostenibbli huwa wahda mill-kawzi tal-faqar fid-dinja u jekk ir-rizorsi jithallew isiru fragli jinholqu komunitajiet marginalizzati godda. Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta indirizza diskussjoni għat-tfassil ta’ strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli lil hinn mis-sena 2015 u dan bħala tkomplija għall-Konferenza Rio + 20. Id-diskussjoni saret waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent fi Brussell.
Il-Ministru Leo Brincat ħeġġeġ biex sa Settembru tas-sena l-ġdida jkunu diġà ġew identifikati l-hekk imsejħa Sustainable Development Goals f’ordni ta’ prijorità biex nindirizzaw l-isfidi u r-realtajiet li għandna illum. B’dan il-mod ikun aktar faċli li jiġi mobilizzat kull appoġġ meħtieġ għat-twettiq tagħhom.
Il-Ministru Brincat tkellem ukoll dwar il-proposta għall-moniteraġġ, rappurtaġġ u verifika ta’ emissjonijiet mit-trasport marittimu. Qal li jekk din il-kwistjoni tibqa ma tiġix indirizzata fuq livell globali taħt l-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali l-IMO, hemm riskju li l-attivitajiet f’dan is-settur fi ħdan, lejn u mill-Unjoni Ewropea jitpoġġew fi żvantaġġ kompetittiv. Dan fl-istesswaqt li għall-istakeholders jiżdiedu piżijiet amministrattivi ġodda li jpoġġuhom fi żvantaġġ ma’ ġurisidizzjonijiet oħra.Huwa ħeġġeġ biex dan idealment isir permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali li tevita t-tniġġiż mill-vapuri, l-MARPOL.
Il-Gvern Malti ma jaqbilx li kollox għandu jibqa l-istess u jemmen li azzjoni globali tista’ twassal għal soluzzjoni aktar ġusta u xierqa qal il-Ministru Brincat.
Hekk kif ninsabu lejliet il-Presidenza Griega li qed tpoġġi tant enfażi fuq il-politika marittima f’kuntest strateġiku, l-Gvern Malti jemmen li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija waħda ġusta għaliex tindirizza l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali f’mod xieraq u anke bilanċjat.
Dwar is-Summit riċenti dwar it-tibdil fil-klima li sar f’Varsavja, Malta qablet mal-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew, li għandhom jiġu intensifikati l-passi li jmiss għat-tħejjijiet tas-Summit Dinji ta’ Pariġi tas-sena 2015. Għandu jkun hemm ukoll fażi ġdida ta’ ippjanar u implimentazzjoni dwar ilqugħ permezz tal-Warsaw Mechanism on Loss and Damage from Climate Change, għal dawk il-pajjiżi li jistgħu jintlaqtu ħażin minn tifuni u diżastri naturali, kif ġralhom il-Filippini dan l-aħħar.
Fi Brussell il-Ministru Leo Brincat kellu wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali fosthom ma’ tliet Kummissarji Ewropej, Kummissarju għall-Ambjent Janez Potocnik, Kummissarju għat-Tibdil fil-Klima Connie Hedegaard u mal-Ministru tal-Ambjent tad-Danimarka Ida Auken fuq talba tal-Gvern.
Footage:
- Arrival: http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?ref=I084520
- Tour de Table: http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?ref=I084521
- Minister's intervention (starting from 00:38:12): http://video.consilium.europa.eu/webcast.aspx?ticket=775-979-13775
- Minister's second intervention (starting from 1:25:43): http://video.consilium.europa.eu/webcast.aspx?ticket=775-979-13791
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en