L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JILTAQA’ MAL-EĊĊELLENZA TAGĦHA VALENTINA MATVIENKO, SPEAKER TAL-KUNSILL FEDERALI TAL-FEDERAZZJONI RUSSA
Is-Sinjura Matvienko kienet Malta biex fuq stedina tal-Gvern Malti biex tiġi mogħtija l-onorifiċenza ta’ Kumpann Onorarju mill-President ta’ Malta b’rikonoxximent tal-kontribut tagħha għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bilaterali u r-relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn il-popli ta’ Malta u tal-Federazzjoni Russa wara li hija kienet serviet bħala ambaxxatriċi għal Malta bejn l-1991 u l-1995.
Waqt din il-laqgħa saret referenza għax-xewqa taż-żewġ naħat li jiġu żviluppati r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi mhux biss fuq livell governattiv iżda wkoll fuq livell parlamentari. Ġiet diskussa wkoll ix-xewqa tan-naħa Russa li jkunu nvoluti aktar f’organizzazzjonijiet inter-parlamentari dwar dak li jikkonċerna s-sitwazzjoni fil-Mediterran. Saret ukoll referenza għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari u għas-sitwazzjoni fil-Libja.
Bħala turija ta’ ringrazzjament lis-sinjura Valentina Matvienko ppreżentat lill-Ispeaker Anġlu Farrugia midalja b’kommemorazzjoni tal-20 anniversarju tal-Kostituzzjoni Russa tat-12 ta’ Diċembru 1993.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en