Left arrow Go Back

1,600 ŻAGĦŻUGĦ U ŻAGĦŻUGĦA JIEĦDU SEHEM FI PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA

pr2807
Date Icon 13/12/2013

Madwar 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa u 92 adult ħadu sehem fi programmi tal-Unjoni Ewropea Youth in Action u  Life Long Learning.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt ċerimonja tal-għoti ta’ premijiet li ppremjat il-prattiċi tajba ta’ għaqdiet, organizzazzjonijiet u individwi li ħadu sehem f’dawn il-programmi f’dawn l-aħħar 6 snin. Din iċ-ċerimonja li saret biex dawn l-għaqdiet jingħataw għarfien għall-isforz tagħhom, kienet organizzata mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea.

Dr Buontempo qal li l-edukazzjoni hija l-bażi tal-iżvilupp individwali, soċjali, u ekonomiku u l-garanzija għaż-żgħażagħ tirrifletti dan it-twemmin. Il-Gvern irid li  jkollna sistema edukattiva inklussiva u edukaturi motivati,  li tipprepara lil uliedna bl-aħjar mod biex ikunu preparati ħalli jiffaċjaw l-isfidi li toffri d-dinja tal-lum.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li l-għan ewlieni ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-edukazzjoni, huwa li aktar żgħażagħ ikomplu jistudjaw b’suċċess. Huwa qal li flimkien ma’ entitajiet bħall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ser inkunu qed niffukaw biex inħajjru aktar żgħażagħ jitħarrġu f’suġġetti tal-matematika u x-xjenza. Jekk irridu żvilupp sostenibbli u impiegi ta’ valur miżjud għoli, hemm il-ħtieġa li jkollna aktar studenti li jistudjaw suġġetti xjentifiki, kompla jgħid Dr Buontempo.

Huwa ħeġġeġ biex aktar żgħażagħ jieħdu sehem fi programmi bħal dawn ħalli jkunu jistgħu jaqsamu l-esperjenza tagħhom ma’ persuni oħra barra minn xtutna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow