IL-KUMMISSARJU EWROPEW ANDOR LÁSZLÓ JINDIRIZZA L-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP SOĊJALI U EKONOMIKU
Il-Kummissarju Ewropew għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Andor, László, dalgħodu attenda għal laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku. Matul il-laqgħa ġie diskuss il-proġett LEAP li kien imniedi aktar kmieni llum.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur, Dott. Helena Dalli, spjegat l-irwol tal-Kunsill lill-Kummissarju. Hija tkellmet dwar l-importanza li dan il-Gvern jagħti lid-djalogu soċjali fil-proċess tat-tfassil tal-politika.
L-MCESD huwa l-forum fejn jiġu diskussi temi ta’ natura ekonomika u soċjali bejn il-Gvern, l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.
Il-Ministru Coleiro Preca spjegat kif il-Gvern qed jistieden lil kullħadd biex jikkontribwixxi fil-pjan soċjali biex jintlaħaq l-oġġettiv ewlieni, jiġifieri li nibnu soċjetà ġusta.
Il-Ministru Coleiro Preca tkellmet kif mal-imsieħba soċjali ma jinqasmux biss l-ideat ekonomiċi iżda anki dawk soċjali li jħallu effett fuq l-ekonomija Maltija.
Il-Kummissarju Andor qal li l-ikbar sforz li trid tagħmel Malta hija l-ġlieda tagħha kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dan għaliex ir-rata tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ilha tikber mis-sena 2006.
Il-Kummissarju Andor qal li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali tibqa’ prijorità għaliex l-inklużjoni u l-ħolqien ta’ opportunitajiet jibqgħu l-valuri li tħaddan l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en