STUDENTI GĦAWDXIN JATTENDU GĦAL ĊERIMONJA SIMBOLIKA B’RABTA MA JUM IR-REPUBBLIKA, FIL-PARLAMENT TA’ MALTA
Wara li l-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia laqgħa t-talba mill-President tal-kumitat ċelebrazzjonijiet nazzjonali u regjonali, Monsinjur Joe Vella Gauci, dalgħodu nżammet iċ-ċerimonja simbolika b’rabta ma’ Jum ir-Repubblika.
Wara diskors tal-ftuħ mill-President tal-kumitat, Monsinjur Joe Vella Gauci, lil numru sabiħ ta’ studenti mill-gżira t’Għawdex, ġew ippreżentati arma tar-Repubblika ta’ Malta magħmula mid-deheb abjad lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor. Simon Busuttil kif ukoll lill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia.
Wara l-preżentazzjonijiet saru diskorsi mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-President tal-Kamra tad-Deputati, b’rabta ma’ Jum ir-Repubblika.
L-Ispeaker feraħ lill-istudenti Għawdxin preżenti li ħadu post il-Membri Parlamentari hekk kif kienet l-ewwel okkażjoni li dan il-Parlament kien mimli b’studenti mill-gżira t’Għawdex. L-Ispeaker wiegħed li kien ser jilbes l-arma tar-Repubblika ta’ Malta li kien għadu kif ġie ppreżentat, f’kull okkażjoni partikolarment meta jkun fuq xogħol parlamentari barra mill-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en