IL-POLITIKA EKONOMIKA ĠDIDA TA’ DAN IL-GVERN BDIET TĦALLI L-FROTT TAGĦHA BIEX PAJJIŻNA JIMXI ‘L QUDDIEM – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona meta kien qed jindirizza l-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża qal li l-Politika ekonomika ġdida ta’ dan il-Gvern bdiet tħalli l-frott tagħha biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem. Huwa sostna li mill-istatistika jirrizulta li diġa ntlaħqu rati ogħla ta’ tkabbir ekonomiku li jwasslu għal mira ta’ dan il-Gvern li kull Malti u Għawdxi jkollu livell ta’ għajxien mhux inqas minn dak li jitgawda f’pajjiżi oħra Ewropej.
Il-Ministru Cardona tkellem dwar il-Budget 2014 u kif dan jixhed id-determinazzjoni ta’ dan il-Gvern li jkompli joħloq inizjattivi u miżuri li jiffaċilitaw it-tkabbir u tisħiħ tan-negozji f’pajjiżna.
“In-negozji u l-Intraprizi għandhom rwol ċentrali fil-proġett ta’ dan il-Gvern li jilħaq il-qofol tiegħu fil-ħolqin ta’ ġid komuni li jilħaq lil kulħadd, permezz ta’ tkabbir ekonomiku sostenibli u aktar opportunitajiet ta’ impjiegi ta’kwalita’” saħaq il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Huwa qal li mill-bidu ta’Marzu li għadda kien hemm żieda ta’ 3,346 impjieg full time u żieda ta’ 3,200 impjieg part time, jiġifieri żieda ta’ 22 impjieg full time kuljum u żieda ta’ 21 impjieg part time kuljum.
Il-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, li tlaqqa għat-tieni darba matul din il-leġizaltura, tratta l-iffaċilitar u l-aċċessibilita’ għal kuntratti pubbliċi, Iż-żona unika Ewropea ta’ Pagamenti (Single Euro Payments Area) u l-Importanza tal-aspett innovattiv fin-negozju u l-finanzjament tal-istess ideat permezz tal-Crowd funding.
Il-Ministru Cardona qal li kien qed jittama li dawn il-presentazzjonijiet waqt il- Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża joħolqu diskussjoni kostruttiva u jizvillupaw suġġerimenti u opinjonijiet li jwasslu biex il-Gvern ikun jista jutilizzhom għall-benefiċċju tal-intrapriża lokali u susegwentament għall-benefiċċju tat-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna.
“Meta resqin lejn l-ewwel sena ta’ dan il-Gvern, ninsabu determinati li nsostnu l-ħidma tagħna biex nkomplu noħolqu aktar opportunitajiet lin-negozji żgħar u medji” temm jgħid il-Ministru Cardona.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en