Left arrow Go Back

L-AWDITUR ĠENERALI JIPPREŻENTA KOPJA TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-AWDITJAR TAL-KONTIJIET PUBBLIĊI LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

pr2779
Date Icon 10/12/2013

Illum, l-Awditur Ġenerali, Anthony C. Mifsud, ippreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anġlu Farrugia, ir-Rapport Annwali tal-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi gћas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Dicembru 2012.  Dan ir-Rapport estensiv jikkonsisti f’23 rapport fuq l-operat ta’ diversi Dipartimenti u entitajiet Governattivi, u jinkludi wkoll analiżi tar-Rapport Finanzjarju 2012.  Ir-Rapport, li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker waqt is-Seduta Parlamentari tal-lejla, jinkludi wkoll rapport dettaljat dwar l-awditjar tal-Kunsilli Lokali kollha, kif ukoll dawk Reġjonali,  f’Malta u Għawdex.

L-Onorevoli Speaker esprima l-apprezzament tiegħu għax-xogħol utli li jsir kull sena mill-istaff tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) li jilħaq il-qofol tiegħu bil-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Rapport annwali.  Huwa faħħar il-professjonalità u l-oġġettività konsistentament murija mill-istaff ta’dan l-Uffiċċju bil-għan li jiġi assigurat li r-riżorsi pubbliċi dejjem jintużaw bl-aħjar mod possibbli u skont ir-regolamenti u liġijiet finanzjarji eżistenti.

Preżenti kien hemm ukoll l-Iskrivan tal-Kamra, Ray Scicluna, kif ukoll id-Deputat Awditur Ġenerali, Charles Deguara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow