Left arrow Go Back

IL-GVERN IMPENJAT LI JIPPROMWOVI T-TURIŻMU RELIĠJUŻ LEJN GĦAWDEX – IL-MINISTRU ANTON REFALO

pr2763
Date Icon 08/12/2013

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura l-mużew fid-dar fejn kienet tgħix ix-xbejba Karmni Grima li semgħet issejħilha l-Madonna mill-Kwadru tagħha f’Ta’ Pinu.  Il-Mużew li jinsab fl-Għarb kien parzjalment iffinanzjat mill-EU taħt il-Fondi ta’ Koeżjoni għal Malta 2007 – 2013.   

Il-Ministru Anton Refalo tenna l-impenn tal-gvern li jippromwovi lil pajjiżna l-aktar Għawdex bħala destinazzjoni eċċelenti għal turizmu kulturali u religjuż, niċeċ relattivament ġodda. Il-Ministru Refalo saħaq li l-Istrategija Nazzjonali dwar it-turiżmu se tidentifika pjan ċar għat-turizmu f’Għawdex. 

“It-turiżmu reliġjuż huwa qasam importanti ferm fl-industrija turistika u diversi siti reliġjużi jgħinu mhux ftit lil dan is-settur fil-pajjiż fejn jinsabu.  Huwa stmat li madwar 300 sa 330 miljun pellegrin iżuru siti reliġjużi madwar id-dinja.” 

“Permezz tal-Mużew Dar Karmni Grima jinxtered iktar il-messaġġ li l-Madonna għaddiet lil din ix-xbejba sempliċi f’Ta’ Pinu” tenna l-Ministru għal Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow