L-INFORMATIKA AĊĊESSIBLI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ FIL-KOMUNITÀ
L-informatika hija għodda importanti għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità.
Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tal-Informatika (FITA), il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif mingħajr aċċess għall-informatika, il-persuna b’diżabilità tħoss li tinsab f’esklużjoni soċjali u tirrifletti f’aktar vulnerabilità.
L-Onor. Coleiro Preca faħħret ix-xogħol li jsir mill-FITA biex aktar persuni b’diżabilità jużaw l-informatika. Hija nkoraġixxiet il-FITA biex tespandi l-ħidma tagħha u tagħti aktar servizzi fil-komunità fosthom fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.
L-Onor. Coleiro Preca spjegat kif dan il-Gvern irid li l-politika soċjali tkun tradotta fil-komunità biex anki l-persuni b’diżabilità jingħataw aktar opportunitajiet ħalli jilħqu l-potenzjal tagħhom. Hija aċċennat għall-bżonn li l-persuni b’diżabilità jibqgħu jiġu mħarrġa fl-informatika għaliex dan huwa settur li dejjem jevolvi.
Fi tmiem id-diskors tagħha, il-Ministru Coleiro Preca appellat lin-negozjanti biex fin-negozju tagħhom jagħmlu s-sistema tal-informatika aktar aċċessibli għall-persuni b’diżabilità biex tassew ikollna soċjetà aktar ġusta.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en