Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr2716
Date Icon 03/12/2013

Reazzjoni għal sensiela ta’ azzjonijiet industrijali mill-UĦM

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm irċieva sensiela ta’ azzjonijiet industrijali li se jolqtu ħażin lill-pazjenti u l-qraba tagħhom li jieħdu servizz mill-ispiżeriji tal-gvern.

Nhar it-30 ta’ Novembru 2012 ġie ffirmat ftehim mal-Gvern li ta opportunitajiet ġodda lill-Pharmacy Technicians. Dan it-titjib kien jinkludi żieda fil-pagi, opportunitajiet ta’ promozzjoni u wkoll għoti ta’ allowances.

Filwaqt li din l-amministrazzjoni se tonora b’impenn dan il-ftehim settorali u li huwa fis-seħħ, madankollu hija tal-fehma li mhux iż-żmien f’waqtu li jerġa’ jinfetaħ dan il-ftehim u jsiru negozjati ġodda minnufih.

Tant huwa hekk, li numru sostanzjali ta’ impjegati f’dan is-settur partikolari diġà ħadu b’mod immedjat, żieda sostanzjali, filwaqt li l-ftehim imsemmi jassigura aktar żidiet lil dan is-settur se jkollu skont skeda stipulata u maqbula.

It-talba tal-UĦM tfisser li dak li ġie miktub, iffirmat u maqbul, jiġi emendat immedjatament b’konsegwenza li jiqsar iż-żmien minn dak li dan id-dokument imsemmi jelenka.

Tajjeb li l-Ministeru għas-Saħħa jgħarraf li l-amministrazzjoni mxiet mal-prattiċi maqbula fil-ftehim kollettiv li jirregola l-impegati kollha tas-servizz pubbliku, b’mod partikolari fejn jidħol nuqqas ta’ qbil bejn union u Gvern. Illum stess saret laqgħa mmexxija mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bl-għan aħħari li s-sens komun jirbaħ fuq kull mottiv ieħor.

Bi spirtu ta’ dak li hemm maqbul fil-ftehim kolletiv li jirregola l-ħaddiema kollha fis-servizz pubbliku li huwa wkoll iffirmat mill-UĦM, il-Gvern appella biex il-partijiet jirrefru l-każ għall-konċiljazzjoni. Il-UĦM irrifjutat din it-triq.

Minflok, il-UĦM ħarġet komunikat iddettaljat bil-miżuri ta’ azzjonijiet industrijali li jolqtu s-settur tas-saħħa b’mod wiesgħa, minn xiri ta’ mediċini sa distribuzzjoni li se toħloq inkonvenjenza u tbatija lill-pazjenti u l-qraba tagħhom meta l-Gvern qed jonora dak li hemm miftiehem fil-ftehim settorali.

Il-Ministeru għas-Saħħa jemmen li kull soluzzjoni għandha tinstab madwar mejda ta’ diskussjoni u għalhekk jinsab sorpriż kif il-UĦM irmew it-tentattivi ġenwini tal-Ministeru.

Huwa propju għalhekk, il-Ministeru jerġa’ jappella biex kif maqbul bejn il-Gvern u l-unions, nirreferu l-każ għall-konċiljazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow