Left arrow Go Back

FONDI EWROPEJ AKTAR AĊĊESSIBLI GĦALL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI

pr2693
Date Icon 01/12/2013

Is-Soċjeta` Mużikali l’Isle Adam, Rabat tinvesti fi strumenti u leġiji ġodda

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej Dr. Ian Borg, spjega kif jeħtieġ li nkunu aktar intelliġenti fl-użu tal-Fondi Ewropej billi nirridirezzjonaw benefiċċjarji varji lejn diversi fondi skond l-intervent tal-proġett jew inizjattiva. Huwa spjega kif Malta matul l-aħħar snin ikkonċentrat il-ħidma tagħha fuq il-Fondi Strutturali; dan huwa tajjeb u jeħtieġ  inkomplu nagħmlu dan. Madanakollu ma nistgħux nippermettu li niskartaw fondi oħrajn li huma wkoll importanti sabiex ikun hemm firxa aktar wiesa’ ta’ benefiċċju fis-socjeta’.

Il-programm Leader, li huwa amministrat minn 3 Gruppi ta’ Azzjoni Lokali f’Malta u Għawdex, huwa eżempju wiehed biss spjega s-Segretarju Parlamentari. Dr. Borg irrimarka dan waqt li kien qed jinawgura proġett ġewwa s-sede tas-Soċjeta’ Mużikali L’Isle Adam, fir-Rabat, ġestit mill-GAL Majjistral.

Il-Fondi Ewropej taħt dan il-programm huma maħsuba sabiex jgħinu fl-iżvilupp tal-komunitajiet li jinsabu f’żoni rurali. Fil-fatt din is-Soċjeta’ Mużikali bbenefikat minn investiment sabiex tixtri ammont ta’ strumenti u leġiji ġodda. Dawn l-istrumenti u leġiji huma importanti fl-iżvilupp u t-tagħlim tal-mużika għal għexieren ta’ studenti li jattendu fi ħdana. Is-soċjeta’ issa ser ikollha xelta vasta ta’ strumenti li jvarjaw minn strumenti tal-injam u tar-ram.

Fi kliem Dr. Borg, kienu bosta dawk is-Soċjetajiet li għarfu jibbenefikaw minn dawn is-sejħiet, ħafna minnhom jiddeċiedu li jinvestu fil-bini tal-każin – ħafna drabi bl-installazzjonijiet ta’ liftijiet sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal kulħadd.

L-isfida ser tkun li mis-sena d-dieħla, meta jerġa jkun hemm sejħiet ġodda, bil-għaqal nigwidaw aħjar l-Għaqdiet mhux Governattivi lejn il-fondi addattati għalihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow