GĦALL-EWWEL DARBA MALTA TIRBAĦ IL-JUNIOR EUROVISION CONTEST
pr2690
30/11/2013
Permezz tal-kantanta Gaia Cauchi bil-kanzunetta tagħha The Start, għall-ewwel darba Malta rebħet il-Junior Eurovision Song Contest fi Kiev, l-Ukrajna.
Il-Ministru Manuel Mallia, immedjatament wara r-riżultat ċempel lil Gaia Cauchi biex jifirħilha, filwaqt li rringrazzja lill-ġenituri tagħha tal-appoġġ li tawha, kif ukoll lill PBS.
Din is-sena l-PBS għażel direttament lil din il-kantanta minħabba li ma kien hemm l-ebda dubju mit-talent u l-potenzjal tagħha li jispikka, biex finalment setgħet iġġib pożizzjoni tajba għal Malta.
Malta s-sena d-dieħla tospita l-Junior Eurovision Contest.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en