Left arrow Go Back

ŻIEDA FIN- NUMRU TA’ PERSUNI LI ŻARU GĦAWDEX FL-EWWEL DISA’ XHUR TA’ DIN IS-SENA

pr2679
Date Icon 29/11/2013

L-aħħar figuri uffiċjali marbuta man- numru ta’ persuni li żaru Għawdex fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena juru b’mod l-iktar ċar l-impenn u l-ħidma li qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tat-Turiżmu fil-gżira Għawdxija. 

Filwaqt, fl-ewwel disa’ xhur ta’ 2013, in-numru ta’ nies li żaru lil Għawdex żdied 6.1% meta mqabbel mal-ewwel disa’ xhur tas-sena ta’ qabel; in-numru ta’ ljieli żdied ukoll 9.0% fuq l-istess perjodu.

Ix-xahar ta’ Settembru ra żieda ta’ 13.3%  ta’ nies li żaru lil Għawdex, li hi saħansitra ferm iżjed għolja mir-rata li ġiet reġistrata fuq livell nazzjonali. Fil-fatt, f’Malta ġiet reġistrata żieda ta’ 6.4%.

Dawn iż-żidied li ġew reġistrati fl-aħħar xhur ma kinux kumbinazzjoni. Dan kien il-frott ta’ ħidma bla waqfien mill-Ministru għal Għawdex li ħadem flimkien mal-operaturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tat-turiżmu. Kien ukoll il-frott ta’ inizjattivi li ttieħdu sabiex itejbu l-prodott turistiku f’Għawdex bħal ma’ huma attivitajiet kulturali li saru matul ix-xhur tas-sajf f’Marsalforn u x-Xlendi u żoni li jkunu ffrekwantati.

Dawn iċ-ċifri se jgħinu sabiex din l-industrija tant importanti għal Għawdex terġa’ tieħu n-nifs. Dan nemmnu li se jsarraf f’iżjed ħolqien ta’ xogħol f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow