MID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA’ LISBONA, IL-PARLAMENTI NAZZJONALI SAĦĦEW IL-POŻIZZJONI TAGĦHOM
L-iSpeaker l-Onorevoli Anglu Farrugia, filwaqt li rringrazzja lil Dr Peter Agius, Kap tal-Uffiċċju ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-istedina li għamillu biex iżur Dar l-Ewropa, kif ukoll lis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, semma’ s-saħħa li kisbu l-parlamenti nazzjonali meta llum jistgħu jinfluwenzaw b’mod effettiv id-deċiżjonijiet li finalment jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea, u li jkunu b’mod jew b’ieħor se jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej tad-diversi Stati Membri.
Huwa spjega kif, mal-medda taż-żmien, il-Parlament Malti qiegħed aktar minn qabel jagħrbel u jistudja fil-fond il-proposti u r-riżoluzzjonijiet li jitressqu quddiemu, u b’hekk, f’dawn l-aħħar għaxar xhur minn mindu fetħet il-Leġislatura korrenti, diġa ntbagħtu ħames opinjonijiet motivati li fihom il-Parlament ta’ Malta ngħaqad ma’ parlamenti oħrajn Ewropej biex jgħid li pajjiżna ma taqbilx mal-proposti speċifiċi li jkunu qed jiġu suġġeriti. Dan, fakkar l-iSpeaker, huwa l-mod kif l-Ewropa qed tagħti l-leħen mistħoqq liċ-ċittadini tagħha sabiex jissieħbu fit-treġija għaqlija tal-Unjoni permezz tar-rappreżentanti eletti minnhom.
Kif ġiet fit-tmiema l-konferenza stampa, l-iSpeaker iltaqa’ mal-uffiċċjali ta’ żewġt rappreżentanzi msemmieha.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en