IMNEDIJA SKEMA ĠDIDA - A4U ŻGĦAŻAGĦ
Imnedija skema ġdida A4U Żgħażagħ, skema intiża biex tgħin lil gruppi ta’ żgħażagħ joħorġu b’inizjattivi biex itejbu l-ambjent fejn jiltaqgħu, jżidu r-riżorsi tagħhom u jiżviluppaw taħriġ għal-leaders jew għal dawk li jkunu jixtiequ jsiru leaders. Din l-iskema tħabbret mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, waqt li żar il-careers convention fl-Università ta’ Malta.
Dr Buontempo qal li b’din l-iskema qed titwettaq wegħda oħra mill-manifest elettorali liema wegħda tgħid “ngħinu liż-żgħażagħ itejbu l-ħiliet tagħhom wara li jagħlqu is-16-il sena”. Huwa kompla jgħid li din l-iskema se tgħin liż-żgħażagħ jikbru u jiżviluppaw l-ideat tagħhom biex ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv fil-komunità. Fost il-kriterji li fuqhom se jiġu evalwati l-proposti hemm l-innovazzjoni u l-kreattività tal-inizjattiva u anke s-sostenibiltà tal-proposta.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo ħeġġeġ lill-għaqdiet taż-żgħażagħ biex jirreġistraw l-għaqda tagħhom mal-Aġenzija Żgħażagħ ħalli jkunu jistgħu jgawdu minn skemi u programmi fil-futur. L-għaqdiet taż-żgħażagħ joffru ambjent li minnu ż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet li jiġu bżonnhom fil-ħajja ta’ kuljum, bħal leadership, communication, u interpersonal skills fost l-oħrajn.
Dr Buontempo semma wkoll l-Att tal-Professjoni tal-Ħaddiema maż-Żgħażagħ li wkoll huwa parti integrali minn kullana ta’ inizjattivi li l-Gvern qiegħed iwettaq fis-settur taż-żgħażagħ. Dan l-att, li issa tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati biex jiġi diskuss fit-tieni qari, se jirikonoxxi l-professjoni tal-Youth Workers bħala professjoni, b’standards u etika li huma importanti f’dan il-qasam.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo irrefera wkoll għall-miżura tal-VOT 16, liema miżura se tagħti aktar leħen u responsabbiltà liż-żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet lokali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en