LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA MILL-KUMITAT MAGĦŻUL TAL-KAMRA
Fit-tieni laqgħa tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra dwar it-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ Kummissarju u ta’ Kumitat Permanenti dwar l-istandards, l-etika u l-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika, li saret nhar it-Tlieta, 4 ta’ Novembru 2013, intlaħaq ftehim dwar data għal laqgħa tal-Kumitat li fiha s-soċjetà ċivili tiġi mistiedna tesprimi l-veduti tagħha bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika ser tinżamm fis-26 ta’ Novembru, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz, il-Belt Valletta.
Kif maqbul fl-ewwel laqgħa tal-istess Kumitat li saret fil-25 ta’ Ottubru, din il-laqgħa qiegħda tissejjaħ sabiex il-Kumitat jisma’ direttament gruppi u għaqdiet li jkunu jridu jfissru l-ideat tagħhom dwar il-materja msemmija fil-mozzjoni.
Il-Kumitat ifakkar ukoll illi l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat Magħżul, inkluż dik ta’ konsultazzjoni pubblika, huma kollha miftuħa għall-pubbliku u jistgħu jiġu segwiti wkoll b’mod dirett minn fuq is-sit tal-Parlament www.parlament.mt.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046