L-AMBAXXATUR TAL-GEORGIA AKKREDITAT GĦAL MALTA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI.
pr2477
08/11/2013
L-iSpeaker l-Onorevoli Anglu Farrugia kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur tal-Georgia akkredidat għal pajjizna, l-Eċċelenza Tiegħu Karlo Sikharulidze.
Matul il-laqgħa tqajjmu diversi temi ta’ interess partikolarment dwar il-progress politiku li għamlet il-Georgia matul dawn l-ahhar snin kif ukoll dwar il-problema li pajjiżna jiffaċċja kontinwament bl-influss tal-immigranti rregolari.
L-iSpeaker kkonkluda li huwa mportanti li wieħed jagħraf l-importanza tad-diplomazija parlamentari u ħeġġeġ sabiex fiz-żmien li ġej jibdew jinżammu laqgħat interparlamentari bejn il-Parlament Malti u l-Parlament tal-Georgia.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034