STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr2475
08/11/2013
Il-Gvern jinnota t-tattiċi ta’ dewmien pwerili fil-Parlament li qed taddotta l-Oppożizzjoni biex ittellef opportunitajiet ta’ investiment lejn pajjiżna permezz tal-Individual Investors Programme.
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni kellhom skeda maqbula fil-Parlament ta’ kif se jimxu s-seduti dwar l-emendi li jridu jsiru għall-Att taċ-Ċittadinanza. Minkejja dan, għat-tielet darba f’ġimgħa, l-Oppożizzjoni għażlet li ssejjaħ Kworum.
Dawn huma biss tattiċi ta’ min għandu interess li jtellef proċess li se jiswa’ ta’ ġid għall-pajjiż. Il-mistoqsija tibqa’, fl-interess ta’ min qed isir dan.
Il-Gvern huwa kommess li jwettaq dmiru.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034