Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUGA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI

pr2473
Date Icon 08/11/2013

Tkompli l-ġlieda kontra d-droga fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin – tinstab d-droga f’ċella ta resident tal-Faċilita’

Dalgħodu it-tmexxija tal-ħabs wara li rċeviet informazzjoni kunfidenzjali, għamlet raid fiċ-ċelel  tal-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin. Minn dan ir-raid irriżulta li f’ċella ta’ resident partikolari nstabet droga li hi maħsuba li hi droga eroina. Instab ukoll mobile, li ukoll mhux permess skond ir-regolamenti tal-Facilita’, fil-workshop fejn jaħdem l-istess resident.

Bħalissa fuq il-post hemm membri tal-Pulizija tal-Iskwadra kontra d-droga li ser jelevaw id-droga. Aktar informazzjoni tingħata fil-ħin li ġej , meta l-Iskwadra kontra d-droga tlesti ix-xogħol tagħha fuq il-post.

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Manuel Mallia, feraħ lill-amminsitrazzjoni tal-ħabs li qed tieħu l-ġlieda kontra d-droga bis-serjeta’.  Il-Ministru Mallia qal li f’wieħed mir-raids , fl-erbgħa ta’ Settembru li għadda, kien wissa lill-amministrazzjoni tal-ħabs biex ma sserraħx  moħħha għax ma kenitx instabet droga dak inhar. Dak inhar Dr. Mallia qal li l-ġlieda kontra d-droga għandha tkun waħda kontinwa. Il-Ministru Mallia wera s-sodisfazzjoni tiegħu li l-amminsitrazzjoni tal-ħabs ħadet  il-parir tiegħu u ħeġġiġha biex tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet frekwenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow