Left arrow Go Back

IL-GVERN B’ĦIDMA INTENSIVA BIEX F’PAJJIŻNA JINĦOLOQ AKTAR ĠID – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA

pr2443
Date Icon 04/11/2013

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr.Chris Cardona f’diskors li għamel matul it-tnedija uffiċjali tal-maltabusinessexpo.com qal li l-Gvern għaddejn  b’ħidma intensiva biex f’pajjiżna jinħoloq aktar ġid. Dan il-għan jista’ jintlaħaq billi filwaqt li jkun sostnut l-investiment eżistenti, issir ħidma biex ikun attirat investiment ġdid.

Din il-ħidma, qal il-Ministru Cardona, ssuktat bl-introduzzjoni ta’ skemi u inizjattivi bħal-Global Residence programme u oħrajn li qed issir ħidma fuqhom bħal Individual Investors Programme. Fl-istess waqt il-Malta Enterprise taħt amministrazzjoni ġdida kienet għaddejja b’ħidma biex din l-entita’ sservi tassew l-għan prinċipali tagħha dak tal-promozzjoni tal-investiment. Dr. Chris Cardona qal li din il-ħidma qed tkun suċċess, bin-numru ta’ investiment dirett barrani ġdid approvati mill-bord tad-diretturi fl-aħħar sitt xhur ikun wieħed sinfikanti għal aħħar.

“Il-maltabusinessexpo.com hija inizjattiva koerenti mal-istrateġija ekonomika ta’ dan il-Gvern. Hija inizjattiva li se tkun ta’ benefiċċju kemm għal intrapriża lokali kif ukoll għall-investituri barranin.”

Il-Ministru Cardona qal li din hija inizjattiva li se tippromwovi lil Malta bħala pajjiż b’qafas regolatorju b’saħħtu u fl-istess waqt flessibli, pajjiż li qed ikun rikonoxxut internazzjonalment li qed joffri lin-negozji stabilita’, sigurta’, sistema finanzjarja b’saħħitha, aċċess għas-suq ewropew u fuq kollox rizorsi umani kwalifikati.

“Din l-inizjattiva hija wkoll koerenti mal-impenn ta’ dan il-Gvern li jagħmel il-ħajja tal-investituri u l-imprendituri aktar faċli. Dan għaliex il-Maltabusinessexpo se tkun sors li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja relatata mal-Kummerċ.”

Il-Ministru Chris Cardona qal li huwa ottimist li l-Maltabusinessexpo se tkompli sservi biex hemm barra jintbgħat messaġġ b’saħħtu dwar Malta. Dan il-messaġġ sostna l-Ministru diġa qed jasal, imma fadal ħafna xi jsir u dan il-Gvern kommess li jkompli jaħdem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow