Left arrow Go Back

IMNEDIJA SKEMA BIEX FARMHOUSES F'GĦAWDEX JIĠU EKO-ĊERTIFIKATI

pr2427
Date Icon 31/10/2013

Farmhouses f’Għawdex ser ikunu qegħdin igawdu mit-tnaqqis fl-ispejjeż tal-operat tal-propjetà meta jiġu implimentati l-prattiċi rikjesti mill-iskema nnifisha.

Dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella flimkien mal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nedew skema ta’ Eko Ċertifikazzjoni għall-farmhouses f’Għawdex bil-għan li jkomplu jiżdiedu l-isforzi tal-Gvern sabiex tissaħħaħ l-iżvilupp tal-industrija turistika b’mod sostenibbili.

It-turiżmu u l-protezzjoni tal-ambjent għandhom jikkumplimentaw lil xulxin sabiex ikun stimulat it-tkabbir sostenibbli u jiġu minimizzati l-aspetti negattivi fuq l-ambjent iġġenerati minn turiżmu hekk imsejjaħ konvenzjonali.

Fid-dinja tal-lum turiżmu mhux immaniġjat jew aħjar konvenzjonali joffri biss benefiċji żgħar li jħallu biss frott żgħir fl-immedjat u li ’l quddiem jissarfu fi spejjeż kbar għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Għaldaqstant l-iskema ta’ Eko Ċertifikazzjoni, bi kredenzjali internazzjonali, tirrifletti bidla fil-ħsieb li tkopri l-oqsma kollha tal-ambjent, is-soċjetà, il-kultura, l-ekonomija, il-kwalità u s-saħħa.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella saħaq dwar l-importanza li noħolqu madwarna kultura li tirrispetta aktar l-ambjent u dan mhux biss b’rispett lejn l-ambjent innifsu, iżda aktar minn hekk b’rispett sħiħ lejn ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Ministru Vella saħaq li din l-iskema ser tkun ta’ vantaġġ kemm għall-operaturi kif ukoll ta’ benefiċċju għar-residenti lokali fejn ser ikunu qegħdin igawdu minn investiment u pjannar ekoloġiku tal-ogħla livell.

Il-Ministru ghal Għawdex Anton Refalo fisser kif l-iskema tal-lum hija pass iehor importanti ta’ dan il-gvern biex jagħti aktar valur u dimensjoni aktar wiesgħa lill-kunċetti tal-Eko-Għawdex.  Spjega kif din il-ħidma kollha se twassal biex inzidu t-turiżmu fix-xhur tax-xitwa u noħolqu iktar xogħol ġo Għawdex għall-Għawdxin”.

Il-Ministru għal Għawdex saħaq li l-kunċett tal-Eco-Certification magħqud mal-marketing fil-qasam tal-farmhouses ikun l-iskop ewlieni li  Għawdex jersaq lejn miri bi żvilupp sostenibbli dejjem ogħla, fejn din l-esperjenza digà kienet applikata b’suċċess għas-settur tal-lukandi.

Fil-preżent hemm total ta’ 23 lukanda li huma ċertifikati f’Malta u f’Għawdex. Dan jammonta għal 33% tas-sodod disponibbili fil-lukandi f’Malta. Dawn in-numri jikkumparaw tajjeb ħafna ma’ skemi nazzjonali f’pajjżi differenti fejn saħansitra pajjiżna għandu l-ogħla persentaġġ ta’ parteċipiazzjoni fl-Ewropa.

Din l-iskema għanda tiġi interpretata bħala ħolqa oħra fil-katina tal-viżjoni tal-Gvern li joħloq minn Għawdex gżira ekoloġika sas-sena 2020; inizjattiva magħrufa aħjar bħala Eko-Għawdex.

Il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ser ikomplu jaħdmu qatigħ sabiex jassiguraw li l-prodott turistiku Malti ikun mibni fuq il-prinċipju u l-valuri ta’ sostenibbiltà sabiex inkomplu noħolqu livell ta’ eċċellenza fl-industrija turistika tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow