Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCO MERCIECA JIPPREŻENTA ĊERTIFIKATI LIR-REBBIEĦA TA’ KOMPETIZZJONI FOTOGRAFIKA DWAR L-ANZJANITÀ POŻITTIVA

pr2421
Date Icon 31/10/2013

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca ppreżenta numru ta’ ċertifikati lir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni fotografika bit-tema “L-Anzjani... Anzjanità Pożittiva”.

Waqt iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li saret ilbieraħ filgħaxija f’Casa Antonia bħala parti mill-10 anniversarju ta’ Casa Antonia Nursing Home, is-Segretarju Parlamentari rrefera għat-tema tal-kompetizzjoni u sostna li l-anzjanità hija assoċjata wkoll ma’ esperjenzi ta’ sodisfazzjon. Waqt li sostna li f’dan iż-żmien tal-ħajja l-anzjani jgħaddu minn diversi tibdiliet u sfidi, huwa tkellem dwar l-importanza li nżommu attitudni pożittiva lejn l-anzjanità. Dan bil-għan li l-anzjani f’pajjiżna jkollhom sens ta’ kontroll ta’ kif jiffaċċjaw din il-parti taċ-ċiklu ta’ ħajjithom.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern wasal biex iniedi Politika Nazzjonali Strateġika għall-Anzjanità Attiva li għandha l-għan li twassal lill-anzjani biex jikbru b’mod pożittiv, jgħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha waqt li jgawdu minn kwalità tajba tal-ħajja. Huwa temm iħeġġeġ aktar inizjattivi bħal dawn li jgħinu biex itejbu l-aspett pożittiv tal-anzjanità.

Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni fotografika huwa Joe P. Smith li kien ippreżentat bi premju ta’ €1,000 fi flus u trofew, iddisinjat minn Matthew Vella.

Il-kompetizzjoni attirat 40 parteċipant fosthom fotografi professjonali, artisti u dilettanti tal-fotografija li bejniethom issottomettew 126 ritratt. It-ritratti finalisti kollha se jkunu inklużi fil-kalendarju annwali 2014 ta’ Casa Antonia.


Ritratt pr2421b : Is-Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca jippreżenta t-trofew u l-premju lir-rebbieħ Joe P. Smith.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow