Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr1340
Date Icon 25/06/2013

Ħruġ ta’ benefiċċji soċjali għas-sena 2013

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża lill-pubbliku li l-pagamenti li jmiss tal-Allowance għat-Tfal u l-Għajnuna Supplimentari li ser jitħallsu fis-6 ta’ Lulju 2013 ser jinkludu żieda fir-rata dovuta skont il-miżuri tal-Budget kif ġej:

1. Allowance għat-Tfal – Dawk il-persuni li jaħdmu u li d-dħul annwali tagħhom ma jaqbiżx l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali ser ikunu intitolati għall-ogħla rata tal-Allowance imsemmija, jiġifieri għal €22.32 fil-ġimgħa għal kull wild eliġibli.

2. Għajnuna Supplmentari - Dawk il-persuni li laħqu l-età ta’ 65 sena u li d-dħul annwali tagħhom ma jaqbiżx €9,776 jekk miżżewġin jew €6,175 jekk waħedhom ser ikunu intitolati għal żieda ta’ €1.92 fil-ġimgħa mar-rata dovuta. Dan ifisser illi l-ogħla rata ta’ din l-għajnuna għal min jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija ser tkun ta’ €10.05 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa u €6.49 fil-ġimgħa għal persuna waħedha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow