“IL-GVERN HUWA KOMMESS LI JINVOLVI AKTAR LILL-KUNSILLI LOKALI FL-ISPORT” – L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
Il-Gvern huwa kommess li jinvolvi l-Kunsilli Lokali fl-isport biex b’hekk ikollna aktar programmi sportivi fil-komunitajiet tagħna mhux biss bl-użu tal-faċilitajiet fil-lokalitajiet imma wkoll programmi li jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo waqt li kien qed jinawgura l-programmi sportivi mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
Buontempo saħaq li l-isport irid jinżel aktar fuq livell ta’ komunità. Għalkemm jeżistu diversi għaqdiet f’diversi lokalitajiet, u anke faċilitajiet, il-Kunsilli Lokali huma aktar konxji tal-bżonnijiet li jeżistu fil-lokalitajiet tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo saħaq li dan il-proċess irid isir bi sħab bejn il-Kunsilli Lokali, il-Kunsill Malti għall-Isport u anke l-għaqdiet sportivi.
F’din l-inizjattiva, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa se jinvesti b’madwar €2,800 f’dawn l-attivitajiet u l-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mad-Dipratiment tal-Gvern Lokali se jiffinanzja €1,400.
F’din l-iskema l-Kunsill Malti għall-Isport se jiffinanzja €30,000 filwaqt li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jiffinanzja l-istess ammont.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028