L-ONOR. CARMELO ABELA JIEĦU SEHEM F’SEMINAR ORGANIZZAT MILL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION F’LONDRA
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, l-Onor. Carmelo Abela, għadu kif ġie lura Malta wara li ħa sehem fit-62 Seminar organizzat mill-Commonwealth Parliamentary Association fil-bini tal-Parlament Ingliż f’Westminster, Londra.
F’dan is-Seminar, li kellu t-titlu ta’ Parliamentary Practice and Procedure, ġew ittrattati u diskussi numru kbir ta’ temi marbuta mal-ħidma Parlamentari, inkluż ix-xoghol tal-Membri Parlamentari u kif tista’ tissaħħaħ id-demokrazija Parlamentari. Il-parteċipanti ġew minn diversi pajjiżi tal-Commonwealth. Huma ġew indirizzati minn numru ta’ personalitajiet li ghandhom sehem u impatt fuq il-proċedura u l-prattika Parlamentari fir-Renju Unit.
Il-Whip tal-Gvern Carmelo Abela qasam ma’ dawk preżenti l-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu, u għamel ukoll numru ta’ mistoqsijiet fid-diversi sessjonijiet ta’ dan is-seminar.
Carmelo Abela jemmen li dan is-seminar kien utli għalih bħala Whip tal-Gvern, speċjalment fid-dawl tal-bidliet li hemm bżonn li jsiru fil-mod kif jaħdem u jiffunzjona l-Parlament Malti ħalli dejjem tissaħħaħ id-demokrazija Parlamentari fl-interess tal-poplu.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028