Left arrow Go Back

MALTA U L-LIBJA MIFTUĦIN GĦAL INVESTIMENT REĊIPROKU

pr1317
Date Icon 23/06/2013

Jeżistu opportunitajiet qawwija ta' negozju għal investituri Maltin fil-Libja kif ukoll għal investiment Libjan f'Malta. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan fi tmiem sensiela ta’ diskussjonijiet ta’ livell għoli bejn iż-żewġ pajjiżi fi Tripli, l-Libja.

Id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula wkoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella, il-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali Dr Manuel Mallia u l-Ministru għall-Energija Konrad Mizzi. Il-Ministri tal-Gvern Malti kellhom laqgħat ma' Ministri rispettivi mill-Gvern Libjan.

Dr Muscat innota l-istedina li għamel il-Prim Ministru Libjan biex in-negozju Malti jitħajjar jaħdem fil-Libja u b'hekk il-Prim Ministru Malti ħabbar li, għall-laqgħa li jmiss fil-Libja, huwa se jkun akkumpanjat minn delegazzjoni kummerċjali bil-għan li tibda tinfetaħ it-triq għal investiment reċiproku. Ali Zeidan qal li teżisti viżjoni ġdida favur it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn Malta u l-Libja. Qal li d-diskussjonijiet ta’ llum fissru bidu b’saħħtu u jinsab ħerqan biex iż-żewġ pajjiżi jibdew jibbenefikaw mir-relazzjoni qawwija li teżisti bejniethom.

Il-Prim Ministru Malti ħabbar li bdew ukoll taħditiet dwar xiri ta' żejt u prodotti relatati mal-Libja. Dr Muscat qal li fid-diskussjonijiet ta’ llum twassal sinjal b'saħħtu ta’ rieda tajba bejn Malti u l-Libja u l-għan aħħari huwa li ż-żewġ naħat jaslu għal ftehim tas-sens komun biex jikkoperaw ħafna iktar f'dawn is-setturi.

Dr Muscat qal li żviluppat ukoll diskussjoni bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-ħrug tal-visas. Il-Prim Ministru għamilha ċara li Malta se tibqa timxi mar-regoli Ewropej f’dan ir-rigward iżda qal li hemm mod kif ikun assigurat li l-proċess għall-ħruġ ta’ visas ikun l-iqsar possibli. Spjega li f’din il-ħidma se jkun kruċjali r-rwol tal-Aġenzija taċ-Ċittadinanza u l-Visa li se jitwaqqaf f’pajjiżna.

Dwar l-immigrazzjoni llegali, l-Prim Ministru qal li l-argument ta' Malta, li ma tistax titħalla waħedha quddiem din l-isfida, jgħodd ukoll għal-Libja u Malta se tkun qed tressaq din is-sejħa ġenwina fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-Prim Ministru qal li, biż-żjara fil-Libja, d-delegazzjoni Maltija ġiet għand il-ħbieb u sabet il-bieb miftuħ beraħ. Din ma kinitx biss laqgħa ta' korteżija izda l-bidu ta' pedament għal numru ta' ftehim li jistgħu jseħħu fix-xhur li ġejjin. Dr Muscat ħabbar li l-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan laqa’ l-istedina tiegħu biex jagħmel żjara f’Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow