Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOREVOLI GODFREY FARRUGIA, JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI EPSCO FI BRUSSELL

pr1313
Date Icon 22/06/2013

L-Onorevoli Godfrey Farrugia, Ministru tas-Saħħa, jinsab fi Brussel għall-Kunsill tal-Ministri magħruf bħala EPSCO.  Dan il-Kunsill, fit-tieni jum tiegħu, laqqa’ l-Ministri Ewropej responsabbli mis-Saħħa. 

Il-Ministri ddiskutew diversi temi, imma l-qofol tal-laqgħa kien fuq l-Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk. 

It-tipjip huwa theddida għas-saħħa publika. Statistika turi li hemm 28% tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tpejjep. Bil-Proposta tagħha, l-mira tal-Kummissjoni hija li dan il-persentaġġ jitnaqqas b’2% fil-ħames snin li ġejjin.

Saret enfasi li fl-Ewropa biss bħalissa jmutu 700,000 persuna fis-sena. Il-Presidenza qalet li t-tipjip lanqas sens ekonomiku ma’ jagħmel u l-aqwa investiment li kull Stat Membru jista jagħmel huwa f’saħħitna.

Malta tenniet l-appoġġ tagħha għall-proposta u saħqet li s-saħħa hija dritt u li ħajjet il-bniedem għandha tiġi mħarsa bl-għola għanijiet, b’mod partikolari mit-tabakk li huwa mħares mil-liġi, imma li jġib il-mard u joqtol qabel il-waqt. Fl-aħħar mill-aħħar bil-patiċipazzjoni attiva ta’ diversi pajjiżi, inkluż Malta, intlaħaq qbil fil-Kunsill.

Il-Kunsill kien presedut mill-Ministru għas-Saħħa Irlandiż, Dr. James O’Reilly, li fi tmiem il-Kunsill għadda l-ħatra lill-Ministru għas-Saħħa tal-Litwanja, Vytenis Povilas. Il-Kummissjoni kienet rappreżentata mill-Kummissjaru Tonio Borg. Il-Ministru Farruġia kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru għas-Saħħa tal-Italja, Beatrice Lorenzin.

Sadanittant meta indirizza l-Kunsill, il-Ministru għas-Saħħa Dr. Godfrey Farruġia, qal li ‘Huwa magħruf li t-tnaqqis mill-konsum tat-tabakk iwassal għal poplu u ħaddiema ferm aktar b’saħħithom, biex b’hekk irendu żieda ikbar fil-produttività u kompetittività ekonomika tal-pajjiż’. 

Dr. Farrugia qal li ‘huwa importanti ferm li nħarsu lejn kull mod kif għandna nnaqqsu l-konsum tat-tabakk, għax b’hekk inkunu qed inħarsu saħħitna, filwaqt li nnaqqsu mill-mard u l-imwiet ikkawżati direttament minn dan il-vizzju’. 

Huwa sostna li ‘hemm qbil fuq fatt li ħadd ma jista’ jiċhad: it-tipjip joqtol’. Il-Ministru Farruġia sostna wkoll li ‘m’għandniex għalfejn noqgħodu nduru mal-lewża għax dan huwa fatt: Is-saħħa hija dritt u ħajjet il-bniedem għandha tiġi mħarsa bl-għola għanijiet’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow