Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET ESTENSIVI FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TAR-RABAT

pr1302
Date Icon 20/06/2013

Minħabba xogħol estensiv li se jsir fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, il-pubbliku li jagħmel użu minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa huwa mgħarrraf li:

1. Mill-24 ta’ Ġunju 2013, dawk in-nies li jkollhom bżonn is-servizz ta’ tabib, għandhom jirrikorru fil-Family Health Services Clinic fi Triq il-Fejġel, ir-Rabat.

2. Mill-24 ta’ Ġunju 2013, dawk li diġà għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi li jiġu offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, jistgħu jżommu l-istess data u ħin tal-appuntament imma jattendu fil-post indikat.

3. Is-servizzi offruti huma.

• Tilqim tat-tfal;

• Dijabete;

• Konsulent Mediku;

• Tat-Tfal (Well Baby Clinic);

• Riżultati tad-Demm u E.C.G;

• Teħid tad-Demm u testijiet oħra;

• Podjatrija;

• Riċetti tal-mediċini;

• Speech Language Pathology.

In-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat huma 2145 9082 jew 2145 9083. Il-pubbliku huwa mitlub juża dawn in-numri għal kull bzonn li jista’ jinqala’.

Il-proġett li qed isir għandu l-iskop li l-pazjent ikun jista’ jinqeda f’ambjent isbaħ filwaqt li l-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu. Ix-xogħol fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat se jinkludi tisbiħ radikali tal-post, tibdil tas-sistemi tal-elettriku u tal-ilma, kif ukoll tqassim aħjar taċ-ċentru.

Il-Ministeru għas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-professjonisti u l-ħaddiema li ta’ kuljum iwasslu s-servizzi tal-kura primarja fiċ-ċentri tas-saħħa, bereġ u anke fid-djar tan-nies.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow