Left arrow Go Back

L-ONOR. ZAMMIT LEWIS: IL-KOPERATTIVI GĦANDHOM JAĦDMU BIEX JILĦQU SWIEQ ĠODDA U JINVESTU AKTAR FIT-TEKNOLOĠIJA

pr1298
Date Icon 19/06/2013

Iktar kmieni llum, l-Onor Dr Edward Zammit Lewis għamel żjara uffiċċjali għand il-Koperattivi Malta fejn iltqagħa mall-Kumitat tal-Koperattivi Malta  u rapreżentanti tal-koperattivi lokali.  Huwa spjega kif l-koperattivi Maltin għandhom ikollhom rwol importanti biex iżidu t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.  Zammit Lewis saħaq li l-koperattivi lokali għandhom jaħsbu biex jilħqu niċeċ u swieq ġodda biex iżidu l-operat u x-xogħol tagħhom. 

L-Onor. Zammit Lewis għamila ċara li s-sole trader Malti irid jagħraf il-vantaġġi ta’ meta jikkopera ma’ ħaddieħor u b’hekk jidħol jew jingħaqad f’koperattivi ħalli b’hekk ikun jista’ iżid il-kompetittività u l-vantaġġi fit-tul tiegħu u tal-kollegi tiegħu. 

Il-rapreżentanti ressqu l-ħsibijiet tagħhom għal dak li għandu x’jaqsam mat-tkabbir ekonomiku u l-kompettività ta’ pajjiżna.  B’mod partikulari spjegaw kif fl-aministrazzjoni li għaddiet il-Koperattivi ma kienux ikunu eliġibbli għall-skemi partikolari.  Zammit Lewis innota dan u wiegħed li se jkun qed jaħdem biex il-Koperattivi jkunu jistgħu jgawdu minn skemi u faċilitajiet bħall-kumpaniji kummerċjali. 

Ġie diskuss ukoll il-qasam teknoloġiku  u anke dak diġitali. Is-Segretarju Parlamentari stieden lill-Koperattivi lokali sabiex jinvestu u jagħmlu iktar użu mit-teknologija, kif qed isir ukoll f’pajjiżi oħra fl-UE.  B’hekk biss, hu saħaq li l-Koperattivi Maltin jistgħu jibqgħu kompetittivi fis-suq Ewropew u dinji. 

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li huwa l-għan tal-gvern li jippromovi s-servizzi u l-prodotti lokali ta’  pajjiżna. L-Onor. Dr Edward Zammit Lewis spjega li huwa se jibqa’ aċċessibli għall-membri kollha tal-Koperattivi fl-għajnuna kollha li huma jkollhom bżonn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow